Sunday, 6 August 2017



Imqar. . .
Imqar kont ħarsa waħda
li rat dan l-univers,
id-dinja l’hawn madwari,
l-istorja b’mod invers.

Imqar li kont sekonda
fit-tul tal-infinit,
kont nagħżel li nkun vitmma
ta’ dad-destin imqit.

Imqar li kont bissa ħajta
fil-ħjata tat-tessut,
ta’dit-tappezzerija.
Ferħan!! Imbagħad immut.

Kont ngħid hemm pjan imfassal,
u nħossni ħafna kbir,
tar-realta’ tinkixef
kull meta l-ħin isir.

‘Mma xejn ma ġie xi jgħidli
li dan mhux daħk fil-wiċċ,
mhux ħlief simulazzjoni
li nħolqot biss b’kapri1ċċ.

Alfred Grech

06/08/2017

Saturday, 5 August 2017




Mhux Ħlief Il-Ħsieb Li Jberren.

Mhux ħlief il-ħsieb li jberren,
Il-ħolm li jagħmel bik,
Mirage li qatt ma kienet
Biex tiftaħ b’hekk l-aptit.

U dik l-imħabba kollha
U l-ġibda ta’ bla qies
Tiġġerra, tiġri u taħseb,
Misjuq mit-tmun tat-nies.

Dak kollu kien mistħajjel,
Bħal velu fuq iċ-ċpar
U tara, xejn ma jibqa’
Xħin tneħħi mbagħad l-istar.

U titla’ x-xemx filgħodu,
Il-bieraħ għadda u mar
U toħroġ it-tifkira
Bħal taġen fuq in-nar.

U kollox kien bħal ħolma
U kollox għadda u miet,
Bħall moħħ li baqa’ jaħseb
U spiċċa f’baħħ ta’ skiet.

Imqar li jiġi wara,
Li jkun determinat
Minn dak li kont qed toħlom
U taħrab is-siegħat.

U kollox ġara f’daqqa,
U kollox seta’ kien
F’binarji differenti
Ma jwasslu għal imkien.

Fuq linji paralelli
Li jistgħu qatt seħħew
Kull-ġrajja mhix bħall-oħra,
Jew dawk li qatt ma bdew.

Alfred Grech

05/08/2017


Xħin Ma Nibqax Ingerger.

X’ħin ma nibqgħax ingeger
U ngħid fuq dak u dik,
Nittama lanqas inti
Ma tieħu qatt għalik.

Xħin tħares ftit madwarek
Profeta mhux magħruf
U ssib is-sens tal-ħajja
Fil-ftit taż-zmien misluf,

Mhu xejn għajr ħolma kera
Duħħan li qatt ma kien
Inkella bħal min jilgħab
U jgħaddi ftit biż-żmien.

Jien noqgħod waħdi naħseb
Jekk hux qed naħli l-ħin
Ukoll jekk din tkun ħasra
Spiċċajt  mal-mitlufin.

Alfred Grech.

04/08/2017

Thursday, 3 August 2017



X’int Tagħmel Raġel Waħdek?

X’int tagħmel raġel waħdek.
Imdejjaq u ħosbien,
Imdawwar b’hafna nsetti
Ser jieklok id-dubbien.

X’int tagħmel raġel waħdek,
Mismut u tħares fiss,
Intbaħt li ż-żmien qed jagħfas
U xjaħt inkiss inkiss?

U sibt li l-għasfur għosfor
Xħin ftaħt idejk fl-imrar,
Il-bejta kienet tajjret,
l-għasfur kien tar u mar.

X’int tagħmel raġel waħdek
F’dal-lejl mudlam u mqit,
Jaqaw ser tgħodd il-kwiekeb
U tkejjel l-infinit?

Intbaħt li x’xoqqa f’moxta
Tiġik u ma terġax?
Iż-żmien trid treġġa’ lura
‘mma lura ma jerġax.

X’int tagħmel raġel waħdek
Fuq xifer dan l-irdum,
Qed taħseb x’jiġi wara
Dil-ħolma li se ddum?

Jiena l-poeta t’għada,
Nistqarr fuq dak li rajt,
Nistenna li se nara
Kitbieti fuq il-ħajt.

Jiena l-poeta t’għada,
Nixtarr u ngħożż iż-żmien,
Id-dellijiet li jgħaddu
l-ilwien ta’ kullimkien.

U nisraq mill-qawsalla,
Kull lewn li jagħmel sens,
Biex nerġa’ npinġi dinja
Tal-ħlewwa, serħ u wens.

Il-bogħod mill ġlied u l-gwerer,
Mibgħeda jew tnassis,
Il-kruha tat-tpattija,
Skonġura jew tqasqis.

Alfred Grech.
03/08/2017





Wednesday, 2 August 2017



Potrai Restare.

E finalmente potrai restare
Perche’ adesso lo sai
Che non c’e’ nessuna altra che puo prendere il tuo posto.
E perche’ oggi mi sento un altro
Proprio come quello che ti ha incontrata la prima volta.

Tu devi restare
Perche’le macerie che hai lasciato nella mia anima
Sono rimasti qua, dentroi di me.

E non andare piu’
Perche’ la tua assenza e’ come il vento
Che sibila nel vuoto di un cammino.

Non mi dici mai che sei andata via
Perche’ la tua ombra e’ come il crepuscolo
Che non finisce
E voglio ancora che tu mi insegni
I misteri che hai sorpassato.

Alfred Grech
02/o8/2017






U Issa Tista’ Toqgħod.

U issa tista’ toqgħod
Għax int taf daqsi li bħalek m’hawnx,
Jew għax illum inħossni differenti,
Jew inbdilt f’dak li kont iltqajt miegħu
Għall-ewwel darba.

Imissek toqgħod,
Għaliex it-tħarbit li ħallejt f’moħħi
Għadu hemm u għadni nfittex kif se nsewwi.

La titlaqx aktar,
Għaliex il-baħħ li tħalli w’rajk
Hu kbir daqs ix-xewqa tturmentata
Li nerġa nibda nkellmek u nidħaddet
Qisek għadek hawn u qatt ma tlaqt.

La tgħidlix li tlaqt u tlaqt għal dejjem
Għaliex trid tgħinni nifhem jew tfissirli
Il-misteri li rkibt fuqhom.

Alfred Grech

02/08/2017

Tuesday, 1 August 2017




HALLI 'L-MEJTIN JIDFNU L-MEJTIN TAGĦOM.

Halli 'l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom,
Iżd’inti mur xandar is-saltna. . .
U jien xandart wkoll is-saltna
F’dawk il- wesgħat li lanqas jidwu
Imqar jekk ma kontx naf fejn qiegħeda,
Imqarr jekk ma kontx naf x’kont qed inxandar

Is-saltna fostkom u madwarkom  . . .
U jien fitixtha kullimkien u mkien ma sibtha
U lilek fittixtek kullimkien,
Imqarr li ma kontx nafek
Inkella x’qed infittex.
Jien kont fost l-imsejknin ifittxu qabar
U kont ukoll ma dawk li kkalpestaw
Il-ħajja kif jafuha.
Int kont qalb il-mejtin u u rġajt ġejt lura
U jien bqajt hawn fil-biża li nittieħed
Mill-pesta rikorrenti t’ilsna ħsiena..
Hekk, u hekk biss stajt nifhem
L-għaliex ninbidel kelli
Xħin ħallejt lil mejtin jidfnu
Il-mejtin tagħhom

Alfred Grech

01/08/2017