Wednesday, 2 August 2017





U Issa Tista’ Toqgħod.

U issa tista’ toqgħod
Għax int taf daqsi li bħalek m’hawnx,
Jew għax illum inħossni differenti,
Jew inbdilt f’dak li kont iltqajt miegħu
Għall-ewwel darba.

Imissek toqgħod,
Għaliex it-tħarbit li ħallejt f’moħħi
Għadu hemm u għadni nfittex kif se nsewwi.

La titlaqx aktar,
Għaliex il-baħħ li tħalli w’rajk
Hu kbir daqs ix-xewqa tturmentata
Li nerġa nibda nkellmek u nidħaddet
Qisek għadek hawn u qatt ma tlaqt.

La tgħidlix li tlaqt u tlaqt għal dejjem
Għaliex trid tgħinni nifhem jew tfissirli
Il-misteri li rkibt fuqhom.

Alfred Grech

02/08/2017

No comments:

Post a Comment