HALLI 'L-MEJTIN JIDFNU L-MEJTIN TAGĦOM.
Halli 'l-mejtin
jidfnu l-mejtin tagħhom,
Iżd’inti mur
xandar is-saltna. . .
U jien xandart
wkoll is-saltna
F’dawk il-
wesgħat li lanqas jidwu
Imqar jekk ma
kontx naf fejn qiegħeda,
Imqarr jekk ma
kontx naf x’kont qed inxandar
Is-saltna fostkom
u madwarkom . . .
U jien fitixtha
kullimkien u mkien ma sibtha
U lilek fittixtek
kullimkien,
Imqarr li ma
kontx nafek
Inkella x’qed
infittex.
Jien kont fost
l-imsejknin ifittxu qabar
U kont ukoll ma
dawk li kkalpestaw
Il-ħajja kif
jafuha.
Int kont qalb
il-mejtin u u rġajt ġejt lura
U jien bqajt hawn
fil-biża li nittieħed
Mill-pesta
rikorrenti t’ilsna ħsiena..
Hekk, u hekk biss
stajt nifhem
L-għaliex
ninbidel kelli
Xħin ħallejt lil
mejtin jidfnu
Il-mejtin tagħhom
Alfred Grech
01/08/2017
No comments:
Post a Comment