Mhux Ħlief Il-Ħsieb Li Jberren.
Mhux ħlief
il-ħsieb li jberren,
Il-ħolm li
jagħmel bik,
Mirage li qatt ma kienet
Biex tiftaħ b’hekk
l-aptit.
U dik l-imħabba
kollha
U l-ġibda ta’ bla
qies
Tiġġerra, tiġri u
taħseb,
Misjuq mit-tmun
tat-nies.
Dak kollu kien
mistħajjel,
Bħal velu fuq
iċ-ċpar
U tara, xejn ma
jibqa’
Xħin tneħħi
mbagħad l-istar.
U titla’ x-xemx
filgħodu,
Il-bieraħ għadda
u mar
U toħroġ
it-tifkira
Bħal taġen fuq
in-nar.
U kollox kien
bħal ħolma
U kollox għadda u
miet,
Bħall moħħ li
baqa’ jaħseb
U spiċċa f’baħħ
ta’ skiet.
Imqar li jiġi
wara,
Li jkun determinat
Minn dak li kont
qed toħlom
U taħrab
is-siegħat.
U kollox ġara f’daqqa,
U kollox seta’
kien
F’binarji
differenti
Ma jwasslu għal
imkien.
Fuq linji
paralelli
Li jistgħu qatt
seħħew
Kull-ġrajja mhix
bħall-oħra,
Jew dawk li qatt
ma bdew.
Alfred Grech
05/08/2017
No comments:
Post a Comment