Xħin Ma Nibqax
Ingerger.
X’ħin ma nibqgħax
ingeger
U ngħid fuq dak u
dik,
Nittama lanqas
inti
Ma tieħu qatt
għalik.
Xħin tħares ftit
madwarek
Profeta mhux
magħruf
U ssib is-sens
tal-ħajja
Fil-ftit
taż-zmien misluf,
Mhu xejn għajr
ħolma kera
Duħħan li qatt ma
kien
Inkella bħal min
jilgħab
U jgħaddi ftit
biż-żmien.
Jien noqgħod
waħdi naħseb
Jekk hux qed
naħli l-ħin
Ukoll jekk din
tkun ħasra
Spiċċajt mal-mitlufin.
Alfred Grech.
04/08/2017
No comments:
Post a Comment