Tuesday, 19 May 2020


Antique bronze sculpture Ajax defying the Gods - Deconamic ...

Hekk Biss.

Hekk biss tista’ tirbħilhom lill-allat
Mhux bil-wegħeda tal-ġejjieni
Jew bit-tama ta’ ferħ ġdid
Iżda billi tixxaħxaħ fid-dija ta’ kull waqt
Fis-sħana tax-xemx tisreġ;
Billi tirkeb il-mewġa
U titqarben bis-seħer tal-mara
Li għandek f’idejk u li laqtitek
Bid-daqqa ta’ ħarta u ħalliet
Il-marki tat-takkuna fuq il-ġilda ta’ ġismek.

Hekk bis tista’ tirbħilhom lill-allat
Bl-isfida tal-ġrajja tiegħek
Li tiżboq saħansitra dik tal-univers.

Alfred Grech
19/05/2020

Monday, 18 May 2020


SUFFER | Living Well Aware

Tbatija.

Meta l-piż jitqal iżżejjed
U ma tafx għa xhiex qed tgħix,
Meta r-ruħ tmil u titmattar
Tibda ttir mar-riħ bħar rix;

Meta titlob u tintebaħ
Illi Alla m’għadux hemm
Kull qaddis bid-diadema
Tistaqsiħ jismax bil-kemm,

Lill-uħux u l-baħħ jirbombja
Fil-wesgħat tal-univers,
Tibda’ ssejjaħ u tistenna
Xi tweġiba b’mod invers.

Iżda nafu li dan kollu
Huma qlajja u ħmerijiet
Għax is-sewwa u dak li nafu
Huma ġrajja li għaddiet.

Mhemm xejn għajr dak li fil-qratas
Moħħna f’għamla ta’ skultur
Jew fin-naġra li naġruna
U iss sirna bħal mutur.

Alfred Grech
18/05/2020.

Saturday, 16 May 2020


Review: La Peste - Cherwell

Ħawwadtuna.

Ħawwadtuna u xebbajtuna
Din li nagħlqu u ma nagħlqux,
Biex l-imbierka ekonomija
Tibqa’ għaddejja u ma negħrqux.

Hemm minn baqa’ għaddej biex jaħtaf
U ma waqqfu l-ebda ħajt
U ħaddieħor baqa’ mdendel
Qisu kwadru hemm mal-ħajt.

U bl-iskuża tal-imxija
Għax li tgħid ma jiswa’ xejn,
Baqa’ jkisser, jisraq, jirkeb
U ma ġara qisu xejn.

U bl-iskuża tal-imxija
Għax ħaddieħor immutat
Ġejna qisna f’gaġġa waħda
Għal kull xejn tkun immultat.

Ma jafux x’ser jaqbdu jagħmlu
Lanqas jafu x’inhu dan
Kif se jżommu din l-imxija
Kemm se jdum dan ir-randan?

Biex min jgħum kien qed f’wiċċ l-ilma
Beda għereq u taħ ġenn,
U min kien isoff u jerdgħa
Baqa’ jġawdi u sab il-kenn.

Alfred Grech
16/05/2020


Friday, 15 May 2020


Man Woman Seesaw Stock Photos & Man Woman Seesaw Stock Images ...


Jien Noqgħod Hawn Infaħħrek.

Nistaqsi meta jkun hemm dak in-nar
Dik it-taħrika li ma tħallinix noqgħod b’sabri
Biex il-ġiri ma jkunx tqil
Wara d-dellijiet oskuri ta’ war nofsinhar
U nerġa’ lura d-dar miblugħ
Nilgħab mal- ġugarelli ta’ moħħi
Ma nafx liem’alla kien laqgħatni
Bil-velġġa velenuża.

Illum naqilbu l-folja u nibdew
Kapitlu ġdid biex inħarsu lejn ix-xefaq
Qisu l-bieraħ qatt ma kien
U qatt ma taf it-trab li jtir mar-riħ
Fejn ser jispiċċa, bħalma lanqas taf
Kemm se ddum din il-ħarifa tagħna.

Issa telaq dak is-seħer
U hekk intemm episodju ieħor
Ta’ dan ix-xeneġġjat li jħallik miblugħ
Bl-inkonsistenzi tiegħu.
U mill-ġdid nerġgħu nagħmlu bandla
Fejn inti tkun minn fuq
U jiena noqgħod isfel.
Xejn ma jkun ġara
Jien noqgħod hawn infaħħrek.


Alfred Grech
15/05/2020

Thursday, 14 May 2020


Traveling to different countries allows you experience and explore ...

Tifkiriet.

Imqar jekk nitlef is-seħer taż-żmien
Id-dehera bikrija tibqa’ mċappsa żlieġa mal-ħġieġ
Opak tat-tifkira daħna titlajja
Jew tisseqqer fuq l-irmied u l-ġamar
Tal-imgħoddi  bħal feniċju.
Il-biża’ tal-iskanatament jisserpeġġja
Fuq il-blugħa tas-sorpriża
Għaliex jekk ma tgħaddix minnu
Lanqas taf xi jfisser il-wied tad-dmugħ.
Kwadri ta’ waqtiet mgħoddija
Imdendla mal-ħitan evanexxenti.
Bħal bżieżaq tal-arja li jitilgħu
Mid-dlamijiet ta’ qieġħ il-baħar
Vulkani fl-oċean biex jinfaqgħu f’wiċċ l-ilma.
Ħallihom hemmm bħall- kwadri mal-ħitan
Fis-sensazzjoni ta’ waqtiet
Li jgħaddu.

Alfred Grech
14/05/2020

Wednesday, 13 May 2020


Fear in rural France erodes fraternity with migrants - The Local

Ħadulna t-Toroq Tagħna.

Ħadulna t-toroq tagħna
Ħadulna l-istendard
Ħallewna nħarsu ċassi
Hemm barra għar-riħ u l-bard.

Ħadulna t-toroq tagħna
Telgħulna fuq il-bjut,
U niżlu fuq ir-ramel
U ħadu wkoll ix-xtut.

Ħadulna t-toroq tagħna
Rabbew kuraġġ ta’ sur
U b’hekk serrħulna rasna
l-ekonomija ddur.

Ħadulna l-pjazez tagħna
Daħlulna wkoll fid-djar
Dan kollu taf x’ifisser
Imqar jekk ma kontx ħmar.

Iħarsu lejn in-numri
U dak li jġib is-suq
l-ekonomija tikber
imqar bil-ftit li dduq.

U ħadd mhu qed jistaqsi
Jekk din ir-roqgħa t’art
Tiflaħx tkun hekk imkasbra
Mimlija kollha skart.

Serqulna l-monumenti
U saħansitra d-din
U dak li lili u lilek
Jagħmilna lkoll Maltin.

Alfred Grech
13/05/2020.

Tuesday, 12 May 2020


Boy Child Blowing Soap Bubbles Into Sky Stock Photo - Image of ...

Jekk Niġri Wara l-Friefet.

Jekk niġri wara l-friefet
Jew naqbad xi werżieq,
Jew naħfen bejn idejja
Ballun li ttiħ bis-sieq.

Inqajjem xi tqanqila
Ta’ tifkiriet li tlift
Waqtiet li ngħaddu minnhom
Li lil ħaddieħor slift.

Inkun qed nerġa’ lura
U żmien m’għadux li kien
Immiss is-sema b’idi
U l-fjuri tal-widien.

Fil-logħoba tat-tfulija
Intajjar il-ħamiem,
Jew nofoħ xi bużżieqa
u nibqa’ ngħix fis-sliem.

Alfred Grech
12.05.2020.