Saturday, 26 August 2017




131.

U int li għadek hawn iddur u tmekkek,
Għax għadek ma sibtx post fil-purgatorju
Tiġġerra f’dawn l-inħawi fejn la jinbet
Ħaxix ħażin u lanqas ward ma jwarrad.
U int fejn int, maġenbi u qed tismagħni
U taf li ż-żmien għalina qatt ma jagħalaq,
Iżżurni meta trid u dejjem f’moħħi.
Int taf li ebda ċint mhu ser jifridna
U taf x’qed naħseb jien, x’ser jiġri minni,
U taf ukoll li l-mewt biss hemm bejnietna.
Għax int tbiegħedt u tlaqt u l-ebda ġwienaħ
Mhu qatt se jqassru l-bogħod li hemm bejnietna.
Aħna riħ li jilgħab qalb il-friegħi,
Aħna żmien li jgħaddi ineżorabbli.

Alfred Grech

26/08/2017

No comments:

Post a Comment