Thursday, 17 August 2017




Int Sehemek L-Emozzjoni.

Int sehemek l-emozzjoni,
Dan tiegħek hu r-rigal,
Kull meta nerġa’lura
 Nintebaħ x’kien l-iżball.

Xħin trid tirregalali
Tellajtni sa fuq nett,
Kull ferħ kull sensazzjoni,
Il-bogħod minn kull suspett.

Li għada jerġa’ jisbaħ
Fid-dieq u swied il-qalb,
U nidħol ġo qoxorti
U negħeda biss fit-talb.

Ta’ jum li qatt ma sebaħ,
Filgħodu qatt ma kien,
Mitluf fl-indifferenza,
U ċpar ma kullimkien.

Int sehmek is-sbuħija,
Int kliemek mimli ferħ,
Xbijietek perfezzjoni,
Jien fik insib is-serħ.

U Għax int daqshekk prezzjuża,
Inħossni qed nirtogħod,
Xemx tisreħ qed taħraqni.
Għal ftit triq toqgħod bogħod.

Alfred Grech.

17/08/2017

No comments:

Post a Comment