Sunday, 20 August 2017




Aħseb,
 kemm hawn min m’għandux x’jiekol
u mċaħħad minn kull ħaġa.
Aħseb,
kemm hawn min m’għandux x’jagħmel
u u jgħaddi ż-żmien fil-ħela.
Aħseb,
kemm hawn min hu batut
u ma jistax jitħarrek.
Aħseb,
kemm hawn min hu kkalzrat
u lanqas jista’ jimraħ.
Aħseb,
kemm hawn min hu konfuż,
u lanas jaf x’se jagħmel.
Aħseb,
kemm hawn minn bħali u bħalek
għaġnuh, serqulu ħsiebijietu,
m’għadux jaf jaħseb b’moħħi.

Alfred Grech

20/08/2017 

No comments:

Post a Comment