Wednesday, 30 August 2017



Ħadd Minnhom Qatt Ma Ħaseb.

Ħadd minnhom qatt ma ħaseb
Setgħax ikun aħjar,
Megħedija lkoll fuq xogħolhom
Biex kollox tar u mar.

U qatt ma ġihom f’moħħom
U lanqas biss staqsew,
Setgħax ikun mod ieħor,
Jinbidel qabel bdew.

U qatt ma reġa’ bdielhom
Jew qalu: hekk mhux sew,
Komplew fit-triq lli qabdu,
Kif marru, reġgħu ġew.

U qatt ma reġgħu ħasbu,
Jew qatt staqsew l-għaliex,
Qed jagħmlu li qed jagħmlu,
Jitfixklu dawn fuq xhiex?

Megħedija fli qed jagħmlu
Jgħadduha hekk kulljum,
S’hemm tasal il viżwali,
Sew dritt kemm jekk mibrum.

Int biss li bqajt titlajja
U d-dubbju jagħmel bik,
Jekk qbatrx it-triq it-tajba,
Jew jekk intix f’sensik.

Alfred Grech

30/08/2017

No comments:

Post a Comment