Sunday, 20 August 2017




Inkun Irrid Intir.

Inkun irrid intir
kull xħin taħraqli n-niċċa.
Imbagħad titlaqli ‘l-hemm
u taħrab u tiżgiċċa,

Impejjep sigarett
inkella nibla’ d-droga,
Hekk biss se jgħaddi l-ħin
u nkun qed nagħmel froġa.

U trid tkun dejjem int
tnessini l-għawġ tal-bieraħ
li sar duħħan u ċpar
tal-blugħa u tal-kliem fieragħ.

Hemm int tagħtini l-gass
u jerġa’ mbagħad jibdieli,
Imnalla li hemm int
ħaddieħor jitfihieli

Alfred Grech

20/08/2017

No comments:

Post a Comment