Int
Biss.
Int biss
iżżomm iż- żmien fir-radda tiegħu
Fuq dan
il-karużel idur mistħajjel
F’binarji
fejn iridu għad jingħaddu
L-eoni ta’
kull żmien li qatt ma beda.
Int biss
iżżomm in-nifs, iżżommni nagħaqad
Dawrien ta’
rota ddur taġ-ġifġifogu
Sabiex ma
nħoss it-toqol taż-żmien jagħfas
It-toqol
illi jgħawweġ dahar il-bhima
Tal-ħin
għaddej fir-riti u ċerimonji
B’kuruna
t-tnejn f’idejna nirrepetu
Iż-żibeġ bla
kulur ta’ mantra antika.
Int trid
iżżomm il-mixi bla jieqaf
T’arloġġ li
kull ma jmur inaqqar pawsa
Bħas-susa
tas-sekondi fejn jintradmu
Tamiet u qtiegħ
il-qalb, kull sensazzjoni
Tal-bhima li
milwija taħt it-toqol
Trid tbus
it-trab tal-art fejn għad tindifen.
Int biss,
jew l-illużżjoni li kull għada
Ikun aħjar mill-lum,
jew din il-mixja
Trid twassal
għal spettaklu fejn jinfaqgħu
Il-bziezaq
tas-sapun u l-miti kollha.
Ma jibqa’
xejn għajr id-dawrien tar-rota
Iddur bla
skossi u taħli lilha nfisha.
Insib serħan
fil-mixi ineżorabbli
Tal-ħinfejn
nibqa’ moħbi l-istennija
Alfred Grech
15/08/2017
No comments:
Post a Comment