Għabex.
Qalb ir-riħa
tas-sagħtar jasal l-għabex,
Imbewes minn tal-lbiċ iż-żiffa tmewweġ,
Minn fuq il-baħar
ħiemed ta’ jum sajfi.
Ħawnhekk fuq dil-quċċata
jasal l-aħħar
Fit-trasfigurazzjoni
tissenjala
It-tmiem tal-jum;
il-ħawt tal-eżistenza.
Din l-at li naf,
u din ir-ruħ li tnewwaħ
Li fiha mort
nistrieħ fis-skiet tal-ħajja;
Hemmhekk fejn
hemm il-baħħ u hemm il-ħemda
Tat-tmiem ta’ din
id-dinja kif nafuha;
Viżjoni surreali
fejn qed jidhru
Id-dellijiet u
l-ħsejjes ta’ lejl mieles.
Hawnhekk fejn
jien nintebah u nistordi
Kull meta għal
rasi jitla’ l-ħsieb imfissed
Tal-Jien. Hemm
min irid jitwekka bija
Bħal meta jien
nitwekka b’ta’ħaddieħor
Il-mistoqsija.
Alfred Grech
12/08/2017
No comments:
Post a Comment