Monday, 28 August 2017





Pendlu.

Bħal pendlu li jmur ’l hemm u jerġa’ lura
Int tmur u terġa’ tiġi fejn kont qabel,
Tirbombja kull ċaqċieqa u kull frustata,
Fil baħħ tad-dlam bla qiegħ tal-bir ta’ ruħi
Int bosk li  jaħraq b’ħatbu s-sensazzjoni.
Tinħeba wara l-veli trasparenti
Fil-molla li tiskatta bla tistenna.
Int bajda bħal-liżar li fiħ tinħeba,
Imbagħad issir dak l-anġlu tarsparenti
U tkun il bidu wkoll tat-tentazzjoni
Li mbagħad malajr tinbidel f’fissazzjoni.

Alfred Grech

28/08/2017

No comments:

Post a Comment