Din Ukoll.
Din ukoll
aberrazzjoni
Li jiġi ħdejk u
naħseb
Li int qatt stajt
iddeffes
Il-forma
fis-sustanza
Din ukoll hi
illużżjoni
Li tgħid ma
tinbidilx
Imbagħad arak
tinbidel.
U din
kumbinazzjoni
Li ltqajna
t-tnejn flimkien
Mingħajr ma biss
staqsejna
Lil xulxin min aħna
U mbagħad
spiċċajna hawnhekk
Nilgħabu mistoħbija.
Alfred Grech
19/08/2017
No comments:
Post a Comment