XXVII.
Jekk lil-Mulej
nagħmillu għandi talba,
Tkun dik li darba
għad jista’ lili jfejjaw;
Bħal meta x-xita
tieqaf wara ħalba,
Bis-sliem u
l-ħemda Tiegħu lili jrejjaq.
Għalkemm ma
jidher xejn, hi marda twila,
Ta’ taqlibiet,
tbandil minn-naħħa għall-oħra;
Daqqiet ngħaddiha
sbrixx, oħrajn bi tqila,
Imdejjaq, jew
ferħan imqar xort’oħra.
Li kieku għada
nqum, dal-ħotob kollha,
Li biċċa ħloqthom
jien jew ġew weħidhom,
Jitilqu minn
quddiemi, il-bogħod mill-folla,
Bi kwieti jien
nixtarr bla ma nisħithom.
Imbagħad daqs
tal-verdun tkun l-għanja tiegħi,
Il-bogħod immur
intir u nieħdok miegħi.
Alfred Grech
30/11/2011
No comments:
Post a Comment