Jien Ma Kont Xejn.
Jien ma kont xejn,
buffura futuribbli,
qatra nida li nqatet mill-petala,
il-ħsieb ta’ dak li jista’ jkun possibbli.
Jien ma kont xejn,
kont xewqa trid tjassarha,
frażi li ħarġet minn fommok
imbagħad ma stajtx tħassarha.
Jien ma kont xejn,
kont biss tisliba msallba,
qatta’ tqanqil
u mewġ f’għadira mqallba.
Jien ma kont xejn,
Bħall-ilma li tisqini,
xefaq miftuħ,
u baħħ mingħajr konfini.
Kont ħsieb li jqanqal is-sbuħija,
kont dell li tqanqlet fih il-ħajja,
żewġ linji parallelli darba ltaqgħu,
kont l-aċċident irreġistrat fil-ġrajja.
Alfred Grech
29/08/2017
No comments:
Post a Comment