Friday, 18 August 2017



Ilkoll Hawenhekk Qiegħdin.

Ilkoll hawnhekk qiegħedin,
Noħolqu l-illużżjoni,
Biex nagħmlu teatrin
U nżidu s-sensazzjoni.

U nkomplu nimxi l-pass,
Noħolqu sfidu ġodda,
Infasslu ħsieb fi ħsieb
Li tagħhom sirna l-għodda.

Tagħlim noħolqu ġdid,
U nfasslu teoriji,
Li tagħna jsiru t-triq
Mal-ħafna profeżiji.

U mnalla li kien hekk,
Nitgħallmu ngħixu l-gidba,
Għax taqa’ f’konfużjoni
U titlef bla ma tibda.

Irridu naljenaw
B’kull ħsieb sikwit imferrex,
Naħarbu ‘l-min jistaqsi,
Ħassieb li baqa’ mgerrex.

Fejn hu serħan il-moħħ,
La hemm min jilgħab bina?
Xħin titlaq hemm il-baħħ
U ħadd ma jħenn għalina.

Żgur għadek lanqas fhimt
Li kollox illużżjoni!
Li xejn ma hu li jidher
Hu bis aberrazzjoni!

Alfred Grech

18/08/2017

No comments:

Post a Comment