Monday, 21 August 2017



Int. (2).

Int timxi mal-kurrent li jwassal
Lil hinn mill-preċipizzju.

Int tagħmel minni ridt xi kavallier,
Xħin jien newwiltlek idi.

Int ridt tagħmilni gladjatur
Biex tara min ser jirbaħ

U sirt malajr imperatur
Bla kuruna u mingħajr xettru.

Int tħeġġerġ il-ħuġġieġa, u xħin tinħaraq
Trid tara f’min se twaħħal.


Alfred Grech

21/08/2017

No comments:

Post a Comment