Meta Ma Jibqagħlniex Xi Ngħidu.
Meta ma jibqagħlniex
xi ngħidu
U jiskot ta’
bejnietna ż-żarżir
Ta’ rota ta’
karettun li tilfet in-nofs tagħha
U nibqgħu ma
xulxin għax imdorrija,
Inti ssir
il-kwadru ta’ mal-ħajt
U jiena nibda
nfittex sulfarina.
Meta għadna ma
xulxin
U ngħidu ta’
kulljum ġagulatorji li ’ssa drajna
Sa miċ-ċokon,
U ngħidu lilna
nfusna
Li baqa’ ħafna
żmien sa meta jilħaq l-għabex
Ninqabdu ġewwa
għanqbuta
Ta’ dak li sibna
ruħna fiħ mingħajr ma ntbaħna
Li konna biċċa
minnu.
Alfred Grech
25/08/2017
No comments:
Post a Comment