152.
Hu fit-tfixkil ta’ dak li
jiġi l-ewwel
Li sibna ruħna nfallu u
tlufniha
ix-xeħta ta’ fidili biex
ħallejna
il-mostru tal-gwadann fuq rasna
jitla’.
Trid aktar żmien minn tul ħajjet
il-bniedem
Biex tifhem sewwasew qalb
it-tagħlim
U kellha tkun il-qawwa
tal-imxija
Li daħħlet il-bebbuxu ġo qoxortu
U kixfet id-dnubiet fost
il-mistħija
Ta’ soċjeta’ ma tafx fejn
tagħti rasha
Għax is-sisien mibnija fuq
suq ħieles
Fejn dak li għandu, aktar
jitkattarlu.
Illum irridu nrażżnu lilna
nfusna
Iżd’għada nqumu nibnu dinja
ġdida.
Alfred Grech
20/02/2020.
P.S. Miktuba fi żmien meta
l-imxija tal-Covid-19 tinsab fl-aqwa tagħha.
No comments:
Post a Comment