Int Bħal Sajjetta.
Inti bħal sajjetta
Taħraq l-andar
Għalxejn għemistni
Jien miniex mil-messija
Jien għasfur tal-passa
Ġejt nurik x’qed titlef.
Għalxejn xekkiltni
Ħol-gaġġa ma noqgħodx
Jien għadni nfittex lili
nnifsi
Fl-iżraq tas-sema
Fil-qiegħ tal-univers
Fis-sħaba efimera
Li ma tħalli ebda traċċja.
Għalxejn insabt ix-xbiek
Imqar mit-toqob tal-malja
Jien ninfed.
Alfred Grech
04/03/2019
No comments:
Post a Comment