Monday, 9 March 2020




Jekk Nilmħek.

Jekk nilmħek għaddejja
Tkun mitlufa ġo xi sħaba
Jew fil-leħħiet tal-beraq
Li jnebbaħ lil-poeta.

Jekk  mistħajjlek
Tkun fil-ġebel mikul tas-swar
Jew fiż-żomor imnaqqax
Ta’ blat id-Dwejra
Fix-xuxa tal-qamar fir-riħ isfel.

Imbagħad narak titbiegħed
Tinħeba bħal ġifen wara x-xefaq
Jew xemx li tilgħab mistoħbija.

It-tifkira tiegħek għad
Iddawwal il-mixi ħieles
Fl-inħawi fejn iterrqu
l-ilpup feroċi
biex nibqa’ ntenni din il-ġrajja
ta’ bla tmiem u ta’ bla rima.

Alfred Grech
09/03/2020.

No comments:

Post a Comment