Humpty Dumpty
U meta jiġġarraf it-torri
u kollox jaqa’ borġ
aħna noqgħodu hekk inħarsu
u nitpaxxew bid-destin ta’
Humpty Dumpty.
Aħna li qatt ma doqna
mis-sehem tar-regħba u
tal-affluwenza
u qatt ma dħalna fiċ-ċenaklu
biex jieklu magħom
għax aħna zgħar wisq.
U meta tinfaqa għad dil-bużżieqa
aħna ma jkollna ebda kliem
li jqawwi l-qalb
għax aħna konna minn
tal-ewwel li għednielhom
li l-ebda bużżieqa ma tista’
tibqa’ tonfoħha għal-dejjem.
Alfred Grech
28/03/2020.
No comments:
Post a Comment