Iżanżan Iż-Żmien.
Iżanzan iż-żmien
il-ħin kollu
Sakemm taqtagħha
xewqtek
U qatt ma
tiftakar minn xhiex għaddejt
U d-dilemmi
tal-għoqod li kellek tħoll.
Issa sibt ukoll
il-jasar tas-sensi
Li jagħllmek
it-taglim li ma tagħllimtx
Għax int għandek
toqgħod lura
U bejn ħaltejn.
Ninnamra darba
miegħek
U l-għada ninsik.
Imurlek l-aptit
kull xħin issir
Tad-demm u
l-laħam
U terġa’ ssaqsi
lilek innifsek
Kif ewwilla
wasalt s’hawn?
Imurlek l-aptit,
iva, fit-tarf ta’ jum bħall –ieħor
Xħin tmur tinħeba
x-xemx
Wara xefaq
inviżibbli li jotor
Dak
U inti tibqa’
tħares fil-baħħ tal-mera.
Inwiegħedek li
jiena naf x’jien nagħmel
Li jien naħseb
għalina t-tneujn
U m’gġandikx minn
xhiex tibża
Għax nieħu ħsieb li
ma naqbżux
Ix=xifer inkella
li nitbeogħdu żżejjed.
U x’inhu ż-żejjed.?
Alfred Grech
02/03/2010.
No comments:
Post a Comment