Maltemp.
Il-maltemp
hu sinjal ħażin
Taqlib eżistenzjali
ġewwa ruħi
Għalxejn nistaqsi
x’kienet il-ħamiema
Jew il-farfett
li tħalla jtir
Minn warda
għall-oħra.
Il-maltemp
sinjal ta’ ġiri mdennes
Xkupat mil-ħolm
żdingat ta’ sensi mġeżwra,
Għalxejn teħodha
l-mediċina
Ma tagħmel
xejn! Trid tidħol fik innifsek.
Hemm ukoll
il-fissazzjoni
L-imħabba
ta’ ġol moħħ
U l-ġenn
tal-qalb
Hekk tibqa’
mjassar għomrok kollu. . .
għax ma tippruvax?
Alfred
Grech
03/03/2020
No comments:
Post a Comment