Mhux int?
Mhux int
mistħoqq ridt tagħmel kemm il-darba
l-imgħawweġ
u li tajjeb qatt ma kien,
jew lili
tgħabbi l-ġwienaħ ta’ xi anġlu
u taf li
anġlu mhu se ssib imkien?
Tinkixef
fuq il-perċa ddendel ġildek
ta’
dal-pjaċir mhu se jafulek ħadd,
u tgħid li
taf kemm għandek biex tiftaħar
imbagħad
il-ġieħ li tlift ma ġġibu qatt?
Mhux int
ridt tagħmel minni ġenju mkabbar
u taf li
jiena ngħanni għana fqir,
trid tħoll
iċ-ċomb u mingħalik se tbiddlu
fid-deheb u
tgħid li hawn sibt l-eleżir?
U issa
wkoll bdejt tħares b’lenti ġdida,
malajr
intbaħt li dan kien ħmar il-lejl,
Fi kliemi
ġejt u lura għal li konna
stqarrejt
li dan kien żball kbir ta’ bla kejl.
Alfred
Grech
15/03/2020.
No comments:
Post a Comment