Monday, 16 March 2020


Image result for covid malta

Staqsini.

Staqsini għaliex waqafna
Nitkellmu ma xulxin
Minn naħħa għall-oħra niġru
Nitgerbu w imgerrfxin.

Staqsini għaliex dil-ġlieda,
Tellieqa kontra l-ħin
Issa li ftit waqafna
Staqsejna dan għal min.

Staqsini x’qed inġorru
X’jagħmilna ferħanin
Xħin kollox ikun għadda
Imbagħad kullħadd miskin.

Mel’issa xhieda għandek
Ta’ kemm sejrin ħażin,
B’dil globalizzazzjoni
Tifridna minn xulxin!

Alfred Grech
16/03/2020.


No comments:

Post a Comment