Kwarantina
Qed jgħidulna nibqgħu ġewwa
għax hemm barra hemm il-waħx,
għax hemm mostru lanqas
jidher,
għax hemm għadu ma taraħx.
Qed jgħidulna nibqgħu ġewwa;
qed jgħodulna toħorġux,
u m’għandniex għalfejn
niltaqgħu,
ma xulxin ma nitħalltux.
F’daqqa waħda kollox waqaf,
in-negozju w il-kummerċ.
Dawk li kellhom f’moħħom
jagħmlu
ħafna flus kemm marru żmerċ!
Izda dawk li qatt ma jixbgħu
baqgħu xorta għaddejjin
mingħalihom xejn ma jista’
lilhom jolqot; Imkabbrin!
Iżda l-dawk ħadd ma waqqafhom
fost il-ħsara u t-tħarbit
jagħfu jbagħbsu, jagħfu
jxaħħmu,
għax subgħajhom tal-qarnit.
U min messu fis waqqafhom
baqa’ jtenni l-istess żball;
xejn ma ntebaħ bli qed jiġri:
Blokka silġ malajr tinħall.
Għax kif tajjeb jgħid
il-Malti,
fl-aħħar tasal nhar ta’ Ħadd,
għax xħin theżżeż il kolonni
ma Sansun imut kullħadd.
Alfred Grech
29.03.2020.
No comments:
Post a Comment