Thursday, 5 March 2020


Image result for somewhere else

Ma Tkunx.

Ma tkunx mara li taħsadni
Bil-ġibda ta’ sbuħita
U l-kontorni ta’ ġisimha
Tistordini u tnessini li qed ngħix
Fid-dinja tal-bnedmin.

Ma jkunx twemmin stinat
Li jsammarni mas-salib
Tal-passjoni u d-delużjoni
Bl-anġli jdoqqu ġo widnejja
U s-saqaf tal-ġenna jisfronda.

Ma jkunx xi bastiment li jsalpa
U jibqa’ sejjer dritt
Biex jistaħba wara x-xefaq
Bħal xemx li tilfet ir-rotta.

Ikun biss xħin inħossni qiegħed
X’imkien ieħor
Ankrat mal-art
Iżda ruħi telqt
Ilha li tyelqet x’imkien ieħor
U lura ma terġax.

Alfred Grech
03/03/2020

No comments:

Post a Comment