Żid id-Doża.
Żid id-doża tal-imħabba mqar
bi ftit
Għal min ma jafx x’ser
jagħmel bih innisfu
Għal min m’għadux fidil jew għejja jikkumbatti
U jinħtieġlu ftit mistrieħ.
Il-ħares qiegħed hawn
U l-babaw jinsab mistoħbi
Wara l-kantuniera.
U tista’ ssum għal erbgħin
jum
U tagħmel kwarantina
Iżda xorta tibqa’ ssefsef ġo
widnejjja
Mill-bogħod tiegħek
Biex lilek ma ninsikx.
Kont ħallejt f’idejn ir-riħ
Iwassallek li ridt ngħidlek
Lilek li fir-riħ ma temminx.
Alfred Grech
11/03/2020.
No comments:
Post a Comment