Skiet.
Dan huwa skiet mhux bħal
kull skiet li jaqa’.
Dan huwa skiet
Li jinfed il-pulmuni
U ma kull nifs li tieħu
Tħoss it-toqol tal-ħajja
Fin-narrattiva ta’ kuljum
U s-sens ta’ ħtija
Li bih tgħabbejt.
Tgħid dan huwa skiet
Qabel ma jiġġarraf
Il-bini, is-skiet
Qabel ma jitla’ l-ajru
Is-skiet li ma tfissrux
Fejn ir-ruħ tinħeba fiha
nfisha
Bħal bebbuxu?
Tgħid għad jikkrolla
l-mostru
Jinfaqa’ fih innifsu
Leviathan
Bit-tentakoli tal-kartun?
Alfred Grech
14/03/2020.
No comments:
Post a Comment