Ma Ntbaħtx.
Ma ntbaħtx li xejn ma baqa’
minnek
l-irmied inġarr mar-riħ
Għax kelli ħafna x’nagħmel
għaliex kont aljenat
u bħal ħaddieħor bqajt
ninġarr
mal-qawwa tal-kurrenti
u s-sajf qattajtu ndoqq u
niżfen.
Imbagħad xħin intbaħt li
kont ħallejtna
Bqajt hawn għax ridt li
nkompli nonfoħ
Il-bżieżaq tas-sapun
U niġri wara min
Ir-riħ kien eħfef minnu.
Issa li nħares tul il-lenti
Li tkabbar dak li li kien
Nintebaħ kemm inbdilt
Inkella ż-żmien bidilna
U jien bqajt hawn inġorr it-toqol
It-torċa fit-tellieqa
Mill-punt fejn ħallejt int.
Imbagħad ukoll insejt
Dak kollu li ħallejtli.
Alfred Grech
24/03/2020.
No comments:
Post a Comment