Iktar Ma
Titbiegħed.
Iktar ma titbiegħed
Iktar nibda nemmen
kemm kont efimera
iżda kien hemm imħabbiet
aktar bid-dieher
minn meta qbadt u tlaqt.
Biżżejjed niftaħ it-tieqa biex inderri
joħorġu l-ħamimiet
biex jerġgħu jiġu lura
jew ma jerġgħu lura qatt
għax jibqgħu itiru
’l-fuq mis-sħab
u bħas-sħab
isiru evanexxenti.
Alfred Grech
08/03/2020.
No comments:
Post a Comment