Hekk Sabiħa l-Ħajja.
Hekk sabiħa l-ħajja
Mingħajr it-tvenvin u ż-żarżir
It-tinwiħ u twerdin
tal-vetturi
Tat-tħaddim tal-magni travolġenti
Li jnesuna s-sabiħ
Ta’ dak li għalih qed ngħixu.
Hekk sabiħa l-ħajja,
Mingħajr in-nugrufun u
tniġġiż
F’dak kollu li nibilgħu jew
li nisimgħu
Biex f’daqqa waħda ntbaħna
Kemm hija bnina l-arja pura.
Hekk sabiħa l-ħajja
Mingħajr il-ġiri u l-qtugħ
in-nifs
It-tfexfix sabiex twassal u
tasal fil-ħin
Inkella jittimbrawkx għażżien
U dejjem tasal tard.
Hekk sabiħa l-ħajja
Mingħajr l-iskadenzi tat-termini
Li trid tlaħħaq magħhom
U bla ma taħseb minn qabel
xi trid tgħid
Hekk kif tgħix kif int
imdorri
Fuq il-ponta tax-xafra li
taqta’.
Hekk sabiħa l-ħajja
Meta kulħadd, kbir u żgħir
Għani u fqir jinsab imdendel
Mal-ħajta tal-għanqbuta
U jekk dik tinqata’ hemm
l-abbiss
Il-bir bla qiegħ.
Hekk sabiħa l-ħajja
Għaliex hekk u hekk biss
Irridu nieqfu u nidħlu
mill-ġdid fil-fosdqa
U nistaqsu lilna nfusna
Min aħna?
Alfrred Grech
17/03/2020
No comments:
Post a Comment