Ma Jiswiex.
Ma niswiex aktar mit-tiben
Li jittajjar maż-żiffet il-grigal
Kull meta taqra’ dawn
il-versi.
Kliemek bħal ħmar il-lejl
Li jintesew kull waqt li
tlissen
Kull xħin nistembaħ
Biex imbagħad nibqa’
nistaqsi lili nnifsi
Min tassew qed jgħid
is-sewwa.
Hsiebi bħal peprin tlellex
Fis-sirda ta’ novembru
La jberrdu u lanqas isaħħan.
It-tqanqiliet ta’ ruħi
Imperriċhom fuq xi siġra
Għall mira tal-kaċċaturi.
Għadni nsammar fuq iċ-ċimblu
Nistagħad għal seħer in-nota
Li trid xi darba tagħmilni
qaddis.
Kien hemm żmien li kont
nonfoħ
F’imnifsejk u tieħu l-ħajja.
Alfred Grech
25/03/2020.
No comments:
Post a Comment