Ma Jibqa’ Xejn.
Imbagħad
inħoss is-seħer
Bħal meta
ngħaddi qribek
U nxomm
ir-riħa tas-seħer
Tal-infinit.
Imbagħad
noqgħod fuq il-mambar
Tal-profeta
waħdi u għarwien
Inkella
nimxi fuq ir-rigi
Ta’ versi
li qatt ma nkitbu.
Tibzax u
taqtax qalbek tfittixni
Lili għad
issibni fl-ispazji
Fejn qatt
ma kont tistenna
Għax jien
ferrixt matul il-mixja kollha
Waqtiet minn
ħajjti
Bħal petali
ta’ ward matul il-purċissjoni
Biċċiet li
lewwnu u libbsu
Dak kollu
li qed taħseb fuqi.
Xħin timxi
bi dritt
Mal-binarji
li fassalt
Fuq sħab
l-għanjiet minn tiegħi
Tintebaħ li
meta nitlaq
Ma jibqa’
xejn
Għajr rima
skiet
Qalb l-għajjat
tal-folla.
Alfred
Grech
06/03/2020.
No comments:
Post a Comment