Onfoħni.
Kemm tiflaħ ippumpjani
Kemm tiflaħ onfoħni
Bħalissa ninħtieġek daqs
ir-riħ
Biex immattar ġwenħajja.
Kemm triq ippumpjani
Bħal bużżieqa li f’ħin
Jew f-ieħor għad trid
tinfaqa’,
Imbagħad xħin terġa’ tiġi
ħdejja
Tista’ tistaqsi sewwasew
Fejn kont sa ftit ilu.
Kemm tiflaħ ejja ħabbat,
Jekk issib il-bieb miftuħ
Idħol ġewwa
U għidli jekk qatt sibtx
kenn
Kull meta jitla’ l-ajru.
Alfred Greh
30/03/2020
No comments:
Post a Comment