Tuesday, 10 March 2020


Image result for noah ark genesis

Nilqgħu.

Nilqgħu għad-dullivju li jinżel ġewwa fina
Biex insalvaw mill-għarqa ’l-ħajja,
Bħal fi żmien l-irwiefen u x-xita
Tal-innondazzjonijiet, meta s-silġ
Beda jinħall u l-art
Għerqet taħt wiċċ l-ilma
U minflok arka
Nibnu torri fuq l-għolja tal-fanal
Kontra l-ilmijiet tal-indifferenza
Tal-biża mill-bidla
U ta’ kull ħaġa ġdida u
l-arka nibnuha ġo qlubna
kontra l-ilmijiet tal-ħażen
tar-rgħejba, tal-mibegħda
u kull xorta ta’ sfruttar tal-bniedem dgħajjef
kontra kull sistema
li tqiegħed bniedem kontra l-ieħor
jew bniedem fuq ieħor.

Alfred Grech
10/03/2020.

No comments:

Post a Comment