Bużżieqa.
Issa li ntbaħna li l-għana efimerali
Kapital diġitali li qiegħed
biss fis-sħab
Tal-konġetturi
komputerizzati
U fin-numri favolużi,
Issa ġejna daħarna mal-ħajt
U mank baqgħalna għaxja ta’
lejla.
Issa li nafu li din mhix
triqtna
U wasalna f’tarf l-isqaq
U issa għandna ħajt iħares
fiss f’għajnejna
X’ser nagħmlu?
Aħna xorta bqajna
ossessjonati bħal ħmir bil-kappestru
Mixjin wara l-impusturi
Li jwassluna biss sa tarf
l-irdum.
Issa li ġejna fi kliem
il-profeti sielma
Li għollew leħinhom fost l-għajjat
ta’ min iħaġġar
Li baqgħu ma nstemgħux
Bqajna m’għamilna xejn
Għax għaddejnihom bħal
imġienen
Li kien għalina tfajnihom
Ġewwa manikomju
Inkella llikwidajnihom.
Issa se noħroġu ndoqqu bit-trumbetti
Tar-razziżmu u l-estremiżmu
Bħallikieku dan kollu ma kienma
jidher sa mill-bidu
Ħalli jibqa’ jiggalleġġja
fuq il-mewġ
Tal-opportunita’ min lanqas
u msejjaħ
Biex imexxi l-merħla.
Alfred Grech.
A18.03.2020.
No comments:
Post a Comment