Hekk Biss Sabiħa.
Hekk biss sabiħa l-ħajja,
Bħal meta t-toroq ċimiterju
Għax ġiet il-pesta
U tiġi wiċċ imb’wiċċ
mal-baħħ
Ma baqax fejn tasal aktar.
Jista’ jkun li hekk ikun
Meta tgħaddi għan-naħħa
l-oħra
Mingħajr ħsejjes
Mingħajr pompa
U fuq kollox mingħajr uġiħ.
Jien nieqaf waħdi fuq
saqajja
Bħal dak il-ġgant li ħares
fit-tul
Qisha kienet tappa oħra
Fil-mixja lejn in-nisi
Lejn il-baħħ
Fejn xejn aktar ma jiswa’
Għax issa tgħallimt inħares
F’wiċċ l-infinit.
Alfred Grech.
17/03/2020.
No comments:
Post a Comment