Bżieżaq tal-Arja.
Is-sena l-ġdida biddlet
ħafna nies
Uħud intremew fil-fossa
Oħrajna intradmu taħt
il-ġebel u t-terrapein
Tal-bini li jiġġarraf.
Mad-daqq ta’ nofs il-lejl
Mal-isparar tal-murtali
Intesew ħafna dnubiet
Intesew il-ħbiberiji.
Ħadd ma jitkellem
Fuq dak li jolqot lil-ħaddieħor
Għax jibża’ li jintlaqat
Fuq kollox għax magħhom għad
imiss
Bħat-toroq tanġenzjali
Mal-għoti tal-kuntratti.
Dak li jaħbat mal-moħħ
Jistampa fuq il-karti
U jibqa’ hemm ixxukkjat.
Hemm kor ta’ min iridek hekk
Jew jisparixxik minn wiċċ
id-dinja
Fin-nawfraġju tal-misteri li
ntlift fihom
Lanqas il-bżieżaq tal-arja
Ma jitilgħu sa fil-wiċċ
Aħseb u ara dak li tħarebx.
Alfred Grech
21/03/2020.
No comments:
Post a Comment