Issa Ningħalqu Ġewwa.
Issa ninagalqu ġew u
nistennew
Naraw din kif ser tispiċċa
Naraw id-dinja kif tista’
tkun
Minn bejn ix-xquq
tal-persjani
Mingħajr ir-ritmi ta’ kuljum
Ir-ritmi li drajna bihom.
Issa ningħalqu u nistennew
Naraw kif ser inkunu
Jekk inkunux aħjar fis-skiet
tal-bebbux
li jgħaddi ħajjtu kollha jogħnos
u jekk id-dinja tkunx aħjar
mingħajr it-toqol tan-nies
li jiġġerrew bħan-nemel
tul it-toroq iffullati.
Issa ningħalqu ġew u
nistennew
U nixtarru x’jista’ jiġri
Wara li l-bużżieqa li nfaħna
Tinfaqa’ f’wiċċna.
Alfred Grech
19/03/2020.
No comments:
Post a Comment