Saturday 29 June 2019


Related image

Lilek.

Lilek ja sirena tal-bnazzi
Li tiġi kull filgħodu ssellimli
Bla ma titbissem
Għax tibża’ li b’daqshekk
Tikkomprometti ruħħek.

Lilek t’għajnejk skuri
U xuxtek sewdenija
Tagħtini daqqa t’għajn imbagħad tiżgiċċa
U tgħidli li tassew
Tixrieqli l-għodwa t-tajba.

Lilek ja sibilla
Ta’d rgħajk miftuħa
Li għandek qalbek kbira
Biex tħaddan il-kolossi
Li b’riġlejhom  jagħaqqdu naħa m’oħra.

Lilek dawn il-versi
U għad irridek tgħidli
Xi jkun għaddej minn moħħok.

Alfred Grech
29/06/2019


No comments:

Post a Comment