Saturday 30 May 2020



Image may contain: 1 person, close-up and outdoor

Lil Chiara 2.

F’din il-logħoba tal-waqtiet u tal-burdati
Trid tagħmel bħal ħaddieħor
Għax mhemm xejn ta’ ħsara ikbar
Minn ġifen jiggalleġġja fuq wiċċ l-ilma
Mingħajr il-qlugħ.
Jista’ jkun hekk met’inti tgħaddi
Għan-naħħa l-oħra
Mingħajr il-ħsejjes ta’ kulljum
Għax ninsabu fi kwarantina
U lanqas biss insibu min jifhimna.
Jien nieqaf fuq saqajja
Biex ngħodd mal-multitudni
F’episodju ieħor fil-mixja lejn l-infinit
Lejn it-tnissija
Għaliex inkun ukoll tagħllimt
Inħares f’wiċċ il-mewt.

Alfred Grech
30/05/2020.

Friday 29 May 2020


Lily Petals On Dark Water Surface Stock Photo | Getty Images

To-Day.

To-day is a burden thrown upon us
By the gods of contemplation
Let us wade our way through it
In the least painful of manners.
While everybody else is studing nature
They came and took our views away.
They took our character and our soil
So we are now left with these desolate
And gloomy alleyways through which
We move like ants.
They do not know how depressing they are
And the damage they inflicted
Because they have the blood of slaves
And the blindfold of the multitudes.
This is the loom on which we weave our lives
It does not matter which stage we reach
Or which bracket of the narrative
We find ourselves in
So long as we can still float
On the surface.

Alfred Grech.
29/05/2020.

Wednesday 27 May 2020


Chiara Camilleri

Lil Chiara.

Għalina li ninħtieġu l-loppju
U d-droga tal-alluċinazzjoni
Mhux il-priedki minn fuq l-iskermi
Jew fl-awla ta xi maqdes imperjali.

Għalina l-ġwienaħ tal-friefet
Li jduru minn fuq warda għall-oħra
Inkella tal-għasafar tal-passa
Li qatt ma sabu bejta.

Għalina s-skiet u l-ħemda
Ta’ dinja ggranfata mal-biża’
Ta’ ruħ fin-nawfraġju
Tal-imxija.

Għalina li naraw kollox
Minn lenti oħra.

Alfred Grech
27/05/2020.


Colossus of Rhodes - Ancient History Encyclopedia

Konna Nistennew.

Aħna li nistaħbew wara l-purtieri trasluċenti
Konna nistennew il-ġiganti jikkrollaw
Bħalma jaqa’ l-bini xħin tagħwwar madwar il-pedamneti
Il-kollossi fetħu wisq riġlejhom
U ma jilfiħux għat-terrimot
Jew għat-toqol li bih tagħbbew.

Konna nistennew li xħin
Jgħannu s-sireni tinkixef ta’ malajr
Id-djufija tagħna
U l-imperaturi ma jibqgħax isibu
Ilbies li jgħatti d-dnub oriġinali.

Konna nistennew il-miġja tal-messija
Li joħloq algoritmi u parabboli ġodda
Biex jonfoħ f’wiċċ il-mewt
U jibqa’ jingħaraf.

Konna nistennew. Iżda hawnhekk
Qiegħdin ġo Lilliput nammiraw
Il-ġiganti u l-allat tat-tafal.

Alfred Grech
27/05/2020.

Tuesday 26 May 2020


The Best Rooftop Bars in Austin

Nothing Has Changed.

Nothing has changed really
It’s only that the future
Has become uncertain
It always was.
Nothing has changed
You cannot come to see me
And I cannot hold you any more
It is only that Christmans
Is not so far away
And we do not know what to do
It will not be the same
It never really was
Nothing has changed
Or so they would want us to believe.
I dare not send you any message
For I would be inundated
With words.
No nothing has changed
We will only see the sun
Going down into the sea
From our rooftops
Because there is nothing else
To see.

Alfred Grech
26/05/2020.

Monday 25 May 2020


Who are the Sheep not of this Sheepfold?

Din se tkun Dinja.

Din se tkun dinja
Ta’ min jinsab wara l-ħitan
Ta’ min ma jażżardax li joħroġ barra
Ta’ min jibża’ mit-tinġiż.
Issa jkun hemm ħafna erwieħ
Itiru  mal-friefet minn fuq warda għal fuq l-oħra
U ħafna draguni li jobsqu
In-nar li jsaffi d-dnubiet.
L-aqwa li ma jitħalliex il-miraklu jsir
Jew il-mikrobu li jitnissel
Taħt il-ħarsa tax-xemx tisreġ.
Biżżejjed għal merħla ġwejjda
It-tmexxija tax-xrik li jsuqha.

Alfred Grech
25/05/2020.



































Barefoot Walking Closeup Stock Photos & Barefoot Walking Closeup ...

Idħol.

Idħol fuq ponot subgajk
Fil-kurituri tad-dlam tiegħi
U jekk ma tidħolx sa l-aħħar ċella,
Jekk ma tidħollix taħt il-ġilda,
Tħabbat għalxejn biebi
Għax ma jkunx hemm biżżejjed sħana
Fil-fuklar biex iżommna t-tnejn
Ma xulxin.

Issa ntbaħt li ħlejt ħinek
Tiġri wara l-friefet alluċinanti
U ħuttaf ta’ ħwienħajħ ileqq
Biex tifhem li d-distanzi ta’ bejnietna
Ma jissejħux biss
żmien.

Alfred Grech
14/05/2020.

Sunday 24 May 2020

Woman Bare Tiptoe Feet In Stock Photos & Woman Bare Tiptoe Feet In ...


Entri.

Entri in punta di piedi
nei corridoi del mio buio . . .
E se non entri dentro l’uktima cella
Se non entri sotto la mia  pelle
busserai in  vano alla mia  porta
perche’ non ci sara abbastanza calore
nel focolare per tenersi stretti.

Adesso sai che hai sprecato
abbastanza tempo inseguanndo
farfalle allucinanti e rodndini lucenti
per capire che le distanze fra di noi
non si chiamano soltano tempo.

Alfred Grech
24/05/2020.




School of Law Helps Develop, Support Minnesota Prisoners Medical ...
Bit-Tkaken.

Bit-tkaken taż-żraben tagħkom
ġejtu tkissru ìs-skiet ta’ dawn l-inħawi ta’ruħna.
Bit-tnabar tal-muturi jdamdmu l-irkejjen tal ħemda
fl-istupru ta’ dal pajżaġġ minsi.
Bil-ħsejjes tad-dagħa faħxi ta’ kliemkom
u ta’ dak li tagħmlu biex mingalikom tkattru
l-kemxa virtwali u teqirdu d-dinja li wellditkom
bl-inġenji u bin-nugrufun.
Biex issa lokoll spiċċajna
fl-iskwallur ta’ bitħa ta ħabs
taħt  għajn l-għassiesa.

Alfred Grech
24/05/2020.




Saturday 23 May 2020


L' Incanto della Pittura

Seħer.

Inti li taħseb li ridt inkellmek
Xħin tiġi kull filgħodu tħabbat
Il-bibien tas-sabar tiegħi
U tiftaħ bil-muftieħ tal-illużżjoni
Il-maqdes ta’ tqanqil il-qalb
Bla biss tistaqsi għal ġieħ wiċċek
Fejn hu tassew it-taraġ
Li jwasslek ’l-fuq mis-sħab;

Inti  taħseb li fix-xejn ta’ dal-waqtiet
Xħin tiġi ħdejja hemm is-sagrifiċċju ġdid
Ta’ min inxtewa’ fuq gradilja
Sabiex inkunu nistgħu nagħllmu lill-ħaddieħor
Frott it-tbatija?

Jekk le, ħares ftit  fil-mera
U ara jekk hux qiegħda tara sewwa
Dak li nara qiegħed jiena
Ir-rifless tad-dwejjaq primordjali
Inkella ċpar li jdub ma tlugħ ix-xemx.

Alfred Grech
23/05/2020.


Thursday 21 May 2020



🇲🇹 Why I Left Malta | Jean Galea
Huma Li Bnew.

Huma li bnew u għadhom jibnu,
Aħna li sibna niċċa u dħalna fiha.
Huma li serqu u ħadu ta’ ħaddieħor
Għalihom l-imxija hi biss skuża.
L-imxija bla ħitan u bla fruntieri
Aħna mitlufin fl-inkwadratura ta’ mal-ħajt
Bħal kieku konna oġġett ta’ riflessjoni.
Iżda ma rridux nemmnu li tlifna
T-triq għaliex ma żammejniex il-pass
U ma mxejniex magħhom.
Mhemm xejn li rridu nġibu lura
U mhemmx xejn x’irridu nagħtu.
Ir-rebbieħa tal-bieraħ huma
T-telliefa tal-lum u aħna l-plebei
L-ilsiera ta’ dejjem niżfnu fuq qabarhom.
Mhemm xejn għal xhiex tiddejjaq
Għax issa żmien il-ħsad
U t-torrijiet li bnew kienu biss
Taħwid f’moħħom u ilsna ma jinftiehmux.
L-andar kollu jrid jinħaraq
Iżda jien u int baqgħalna talinqas
Jum ieħor ta’ ħajja. Ejja ngħixuħ
U nisfidaw lill-allat;
Mill-bqija bżar fl-għajnejn.

Alfred Grech
21/05/2020.

Wednesday 20 May 2020


New Ways to Work in a Pandemic


Kif Tista’?

Kif tista’ żżomm lin-nies bla ma jiltaqgħu,
Jitgħannqu, jbusu u jieħdu b’id xulxin,
Iħalltu u jaqsmu l-ferħ u d-dwejjaq tagħom,
Imqar jekk għandhom jiemhom magħdudin.

Tgħid dan hu mod kif tista’ tikkontrolla
Lil poplu li jiżdied u ġġibu lsir,
Kulħadd fejn hu bla ħadd mhu qed jitħarrek,
Sew jekk kien għani nkella jekk kien fqir?

Għax agħar mill-klieb li dari kellhom ċomba
Biex hekk tkun taf li kien illiċenzjat
Se nsiru lkoll bin-numru u mank titħarrek
Ma tista’ u tħossok sirt bħal ikkalzrat.

Alfred Grech
20/05/20202.