Saturday 31 August 2019



Image result for warrior woman lowering down her shield

When You Lower Down Your Shield

When you lower down your shield
And look back
You are like the lighthouse
That shows that land is near
You are like a waterfall of stars
Dropping down from heaven.

If it was not for your beauty
It was for your exctasy
I would rather be dead
Than miss a syllable.
You open up rivers
Of sacred harmony
And sound the bells
Of eternal joy.

Alfred Grech
31/08/2019


Friday 30 August 2019




Image result for jubilees
Ġublew.

Noħolqu ġublew ieħor.
Għal maħrfa tad-dnubiet,
għal-maħfra tad-djun kollha
u ħafna għeġubijiet.

Għas-serq li jagħmlu l-banek,
tixħim mingħajr kontroll,
taċ-ċentri li jħeġġuhom
ħasil ta’ flus ukoll.

Noħolqu ġublew ieħor
Naqilbu ta’ taħt fuq,
inneħħu l-bini żejjed,
u l-ħmieġ li hawn fis-suq,

U nwittu l-ħofor kollha,
La tistaqsix għalfejn,
u nneħħu kull ma jagħmel
u l-ħsara lill għajnejn.

Alfred Grech
31.08.2019


Image result for woman mystery

Int Li Tinsa’.

Inti li tinsa’ ta’ kull  darba
r-regoli tal-logħba
biex toħloq tiegħek u tgħid li int minn fuq
tgħallimt tisfinha din iż-żifna
taż-żmien li l-ħin kollu ilissen
waqtiet il-ħajja
u li fit-tifkiriet l-aktar qawwija
mhemm ebda tmiem
u lanqas ebda dispjaċir.
Aktarx li int ma tafx li int viżibbli
U tidher l-aktar fin-nuqqasijiet
U din tkun tassew sbuħija
Għax lili ġġielni nkun għalik
Dak li xtaqt int
Iżda qatt ma kont tistenna.

Alfred Grech
30/08/2019



Thursday 29 August 2019


Image result for infinity


Inlumu L-Infinit.

Ħadd m’għadu jaf x’qed jagħmel
Int tmieri lili għax qatt ma wasalt ħdejk
Indoqqu t-tnabar mingħajr ritmu
U nkejjlu mingħajr riegla,
Nisselfu bla ma nroddu
Dal-ġiri mhux għall-dejjem
Iġġebbed kemm iġġebbed
Sa fl-aħħar għad tinqata’
U l-ħabel wasal f’tarfu
Il-bosk jinħaraq b’ħatbu
U l-ilma ilu mdarda.
Int tmaqdar lili
U għadek qatt ma rbaħtli
Għax  jien ma nkejjilx b’xibrek
Ħadd minna m’għandu raġun
Veduta minn fejn tħares
Għandu kulħadd iżda trid tara
Fuq liema barkun tkun
Jew fuq liema quċċata.
Għax nintilfu t-tnejn
Inħarsu lejn xulxin
Imdewwba fl-infinit.

Alfred Grech
29/08/2019

Tuesday 27 August 2019



Image result for overbuilding in malta

Telgħin.

Telgħin dawn jibqgħu telgħin
u hawn ħadd mhu qed jeqfilhom
għax sabu r-riħ fil qala
ta’ fuq nett qed irewwħilhom.

Telgħin dawn jibqgħu telgħin
kull darba sular ieħor
u jibqgħu jisfidaw is-sema
sakemm jikkonfondihom.

Telgħin, dawn jibgħu telgħin
telgħin minn grad għall-ieħor
minn tarġa’ għall-oħra mingħajr xeba’
ma min jinqeda’ bihom.

Telgħin dawn jibqgħu telgħin
fil qtil tal-innoċenti
fil ħtif, fil-qirda u fil-ħażen
u ħadd ma jqum għalihom.

U jonfħu dil-bużieqa
tkabbir artifiċjali
u jkomplu jiftħu l-ġwienah
araw ħej daqsxiex fihom!

U jonfħu, jgħafsu, jrossu,
u dawn ħadd ma jeqfilhom
biex fgaw kull m’hawn kullħadd bla nifs
u l-ħela għamel bihom.

Telgħin dawn komplew telgħin
fuq l-għolja tal-kalvarju
biex kollox jibqa’ għaddej
mal-wied hekk mingaħlihom.

Alfred Grech
27/0/2019













Image result for idyllic

Int Tista’ Tgħid.

Int tista’ tgħid:
Ħalliha għal darb’oħra
Iżda għalija ż-żmien ilu li għadda
U din mhix kelma b’oħra.

Int tista’ tgħid
Li għad baqgħalek ħafna,
U ħlief li titlaq ma tarax
Iżda jien it-triq imxejjta kollha
U naf li fejn immur,
Ma baqax.

Int tista’ tgħid li jiena
Bla viżjoni
U jekk ma nafx fejn sejjer
Ma nintilifx għax sirt bla direzzjoni.

Kull meta tkun bħal lum
B’geddum sal-art u b’ħafna buli
Il-wisa’ kollu tiegħek
Sa jgħaddi ftit taż-żmienm
U nsibek qed titmiegħek.

Alfred Grech.
27/08/2019

Monday 26 August 2019


Image result for emotion paintings

Emozzjoni.

Ħajja qasir wisq l-emozzjoni
Bħal- leħħa ta’ berqa
Jekk tgħidli li se tiġi rega’ bdielek
Jekk inċempel ma twieġibx
Jekk lanqas taf x’se tagħmel
Sa sieħa oħra nkun tlaqt
Xħin toqgħod ftit taħsibha
Tara l-vleġeġ
Titlef ukoll il-waqt li tkun sraqt.
Is-sensazzjoni turmenti
Ma tistenniekx
Murtall tal ftuħ, kaxxa nfernali
Għanqbuta li ma qbadttiex.
Is-sensazzjoni ugwali
Ifissir li ma ġara xejn
Bħal qatra dmugh fuq werqa filghħodu
U bqajna nistagħbu kif ma rajnihiex

Alfred Grech
26.08.2019.