Thursday 27 June 2019


Related image


Tiftakar?

Tiftakar għal waqt wieħed ħassejt tkexkixa?
Ħassejtek  mintix hawn
Ħassejt it-tregħid ta’ wiċċ l-ilma
Fi mwejġiet li jaħarbu u jintilfu
Fil-baħħ tal-infinit.

Tiftakar li għal waqt wieħed
Ħassejt l-irdum u l-ġebel għoli
Jitgħawweġ fuq nnifsu
U jdur għal fuqek?

Imma f’daqqa waħda ftakar
Li l-ħin kien sar
U ma tridx tħalli lil min jistenna.

Jekk ma tintilifx fil-hoss tal-ilma
Tintilef fir-raġġi tax-xemx
Fiż-żiffa li tonfoħ minn fuq rasek
U tħaxwix tal-frieħi għad-dell tal-bruka.

Issa sibt li qatt mhu se tilħaqni
Għax qed tmidd idejk lilhinn mix-xefaq.

Alfred Grech
27/06/2019

No comments:

Post a Comment