Wednesday 30 January 2019




Għad Jigi Żmien.

Qalu li kollox għandu żmienu
u kull ħaġa għandha waqtħa:
waqt li titwieled u waqtli tmut,
waqt li tħawwel u waqt li taqla l-imħawwel,
waqtiet li nistennik ġejja u waqtiet li reġa’ bdieli
għaliex l-istennija hi turment
u xħin titfaċċa jibda l-ħin ireġġa’ lura.
Waqt li ma tridx li taraħ jgħaddi
u tixtieq li għada ma jisbaħx
għax issibek sew kif inti qiegħed
u hemm il-wens f’dak li ġa taf.
Waqt li jibqa’ għall dejjem wieqaf
u li għada ma jisbaħx
biex ma tilqax l-isfidi u s-sorpiżi
li kull jum jistenbaħ bihom.
Waqt li bħal-lejla quddiem in-nar ta’ ġol-fuklar
ma tixtiequx li għandu jgħaddi.
Waqt li ma jridx jgħaddi
għaliex is-saħta tal-ħin u żmien waqfu
jissorprendu r-ruħ li issa drat kollox
li xebgħet tgħix u tgħix għal dejjem.
Waqtiet li aħna t-tnejn ħrabnihom
u flok ħrabna kien aħjar
li ħarisna f’għajnejn xulxin
u tagħllimna s-sewwa u s-sabih li jiġi
mill ħars fl-għajnejn
u t-traqqid tal-impulsi li jiġu
mill-sfrattu tal-jien bla lġiem.
Waqtiet fejn missna skitna
minflok weġibna lil xulxin,
waqtiet fejn missna qagħdna nħarsu lejn ixxefaq
u tkixxifna fejn tmur tistrieħ ix-xemx.
Waqtiet fejn konna nafu t-tnejn li aħna
x’ridna u minn xhiex qiegħdin inbagħtu
iżda ta’gwejjef li konna
ħrabna l-waqt u ħrabna lil xulxin.
Għad jiġi żmien meta jiena u int nintebħu
li ħemm ġejjieni li ma wettaqniex
li hemm ktiba li qatt ma nkitbet
u profezija li ma seħħitx.

Alfred Grech
30/01/2019





Ma Nafx.

Ma nafx nagħmilx l-iżveljarin
Idoqq fi żmien li ġa kien għadda
Għax dak hu z-żmien li naf
Biex ifakkarni f’għada
Jew dak li seta’ qatt ma kien.

Ma nafx huwiex aħjar ix-xorb tal-whiskey
Għas-serħan tal-moħħ
Biex b’hekk inkompli noħlom
Dak li fid-dawl tax-xema mank tista’ tara.

Ma nafx fejn qiegħda l-għażla
Ma nafx jekk dan hux ħmar il-lejl
Inkella ħolm ta’ nofs inhar b’għajnejk miftuħa.

Jista’ jkun li l-ħin żbaljat
Għaliex żbaljati kienu t-toroq
Werrej-pinnur li juri kollox
Minbarra  l-għażla t-tajba.
Jista’ jkun ninsab hawnhekk
Għax hawn mhuwiex fejn kelli nasal.

Alfred Grech
30/01/2019


Tuesday 29 January 2019


Image result for envelope

Din L-Art.

Din l-art tal-pappagalli
Magħduda ma xuxlxin
U nemmnu u nirrepetu
Li jgħidu l-imnebbħin.

Dinl-art tal-invilopsi
Iġġorrhom kull fejn tmur,
Trid tnewwel biex tinqeda
U tasal fejn trid żgur.

Tal-iżviluppaturi
Mhux l-għerf inkella l-ġid,
Kemm int tapaċi xxaħħam
U tirkeb ma x’għafrid.

Din art li bwiebha nfettu
biex jidħol min irid,
barrani sar f’pajjiżhu
l-Malti hekk Alla jrid.

Alfred Grech
29/01/2019

Monday 28 January 2019




Beloved Thought.

Every moment deceives the agony
in the resurrection of the days that go by
in the roar of the waves
when softly  I draw the contours
of your body in the silence of the night
that pacifies the guilt of sin
and the innocence of love.

In the glow of a sky defining silhouettes
you remain an immortal flame
a beloved thought.
while sailing  and slipping away
releasing me.

Alfred Grech
28-01-2019.

Sunday 27 January 2019


Filwaqt.

Filwaqt li ta’ l-Istampa
jżommu l-bilanċ,
ikejjlu biss b’xibirhom biex jaraw
ta’ min l-aħjar affari,
il Malti megħedi mxaħxaħ
fin-nagħas tal-opulenza
u fl-għass tal-affluwenza.

Filwaqt li dawk ibiegħu
ħwejjiġna ’l-barranin
aħna bqajna hawn intiru
fuq ġwienaħ ta’ farfett.

Filwaqt li dawk iħarbtu
u jibnu bil-konkrit
aħna konna hawn
nistħajjlu l-ġenna fl-art
biex sibna ruħna barra
mill-kanċelli tal-elite,
għax ma stajniex inħallsu
is-saqaf ta’ fuq rasna,
l-ilbies li kellna nilbsu
u l-ħobż li ridna nieklu.

Alfred Grech
27/01/2019.



Related image
U Jista’ Jkun.

U jista’ jkun li dawn il-gwerer
m’għadhomx għalija jgħoddu,
u jista’ jkun li dil-mogħodija
waslet fit-tmiem tagħha,
it-tmiem tal-litanija.
U jista’ jkun li dan iċ-ċpar
xi darba għad  jintrefa’
u nista’ nara aħjar
id-dawl li qed jintefa’
il-baħħ ta’ wara l-kwinti
u l-linja sa fejn tasal.

Alfred Grech
27/01/2019

Friday 25 January 2019




Meta Tieqaf.

Meta tieqaf tħares lejn il-ħajja
bħallikieku kient toqol li trid iġġorr,
meta tieqaf tħares lejn ix-xefaq
u tistaqsi xhemm lilhinn
issib li t-tifsir jinsab bejn kull sillaba
li tlissen u kull nota tal-għanja li tiġik
jew il-ħsejjes ta’ bejn tnejn jitlewmu
inkella l-fewġa tar-riħ li jwassal
il-qtar tal-ilfiq
ir-raxx ta’ mewġ il-baħar
ma l-ilwien ta’ nżul ix-xemx.
Imqar qalb is-skiet tal-lejl jinstemgħu il-ħsejjes tal-ħajja.
Imqar fid-dalm trid tistaqsi jekk dak li tħoss
ġo fik għandux isem.
Meta tieqaf tħares lejn il-ħajja
u tistenna xi tweġibiet
issib li qiegħed tgħix.

Alfred Grech
26/01/2019.



Related image

Int Tgħid

Int tgħid li trid tI u tidħol f’din id-dinja
Id-dinja tiegħi
Mingħajr ma taf fejn inti sejra
U tgħid li trid tħalli d-dinja li taf
Biex taqsam ix-xefaq tad-dubbji,
Jew tad-dinja li qatt ma rajt
U taqsam ix-xmara li minnha lura ma terġax.

U tgħid li mhemmx għalfejn taħsibha
Għax taf sew xi tkun qed tgħid
Waħħalt f’moħħok li f’did-dinja
-Id-dnja tiegħi-
Għad trid tizboq iż-żmien li ġej.
U li mhemmx aħjar mill-qabża
Minn xifer l-irdum
Għaliex xħin taqbeż
Għandek mnejn titagħallem kif ttir.

Alfred Grech
25/01/2019


Thursday 24 January 2019





 Qalbieni Ġwejjed.


Hekk trid tidħol għalihom il-granet tal-isfida
tal-qtigħ il-qalb u tal-qlubija
għaliex hu agħar li ċċedi u taħrab
milli tmut għal dak li temmen
u tisfida dawk l-iħirsa li qatt ma tista’ tlumhom.
Jaħarbu u jitilqu l-ġellieda tal-isem
is-suldati tal-ispaga bħal grieden
għal ġot-toqbda sakemm tibqa waħdek
int il-ħaruf għal-qatla’
il-paradoss ewlieni tal-qalbieni ġwejjed
għax ħadd ma jibqa’ jishar l-aħħar siegħa,
is-siegħa ta’ bejn it-telf u r-rebħ
ta’ bejn il-mewt u l-ħajja.

Alfred Grech
25/01/2019  



Kemm Nixtieq.

Kemm nixtieq li nerġa lura
Fuq il-ġwienaħ tal-mistħija
Qalb iċ-ċpar fl-aberrazzjoni
Bla ma nagħmel mistoqsija.

Mhux ninnġarr biss mill-kurrenti
Iżda nżommok fiss f’għajnejja,
Jew niggranfa mal-iskolji
Jew nistenna lilek ġejja.

Ma nixtieqx indur id-dawra
Iżda noqgħod waħda, waħda,
Ngħodd iż-żibeġ tal-kuruna
Jew nixtarr  id-dieq taċ-ċaħda.

Alfred Grech
24/01/2019

Wednesday 23 January 2019




Hekk biss Ħabib  Ta’ Qalbi.


Hekk biss ħabib ta’ qalbi,
Man-nies qiegħdin nagħmluha
Kulħadd fil-ġenna tiegħu
Trid tara kif jifhmuha.


Jekk lanqas nafu x’ġejt tagħmel
Bilfors li trid tistaqsi,
Għax kollox sar tal-għaġeb
Ma jafhu dan ħadd daqsi.

Ridt nagħmel xi ċaqliqa
Tal-kwiekeb li bdew jaqgħu
Jililgħu sa f’wiċċ l-ilma
 U Wara ftit jinfaqgħu


Il-boħod mill-ġenn tal-folla
l-Istat li jrid jiddetta
u kontra kull raġuni
jew jaħkem bil-vendetta.

Jien ngħix ġo dil-bużżieqa
biex ninsa’ li qed f’dinja
fid-dawl  trasfiguranti
Biex  barra ħriġt mil-linja.

Alfred Grech
23/01/2019

Monday 21 January 2019




L-Ilma.

Quddiem tfixkil u saram
qattx taqta’ din-nixxiegħa,
jew tinsa fejn trid tasal
bħal kienet imwissija.

Il-ġebel u t-tumbati
werrej ta’triq preskritta;
taħsibx li huma ostakli
triqitha qatt mhi dritta.

U tibqa’ għaddejja sserrep
tiltaqa’ ma seħbitha,
igelegl l-ilma ġieri
daqskieku kien fil-wita’.

Sakemm araha qed tferra
fil wied u ssib lill-ommha,
u mbagħad fir-rotta tagħha
mhemm ħadd u xejn li jżommha.

Alfred Grech
21/01/2019.

Sunday 20 January 2019


 Related image

Weġgħa.

Iweġġa’ l-bogħod li tfajt bejnietna,
u jinqara’ wkoll il-kliem li ma jingħadx
għax sibtni ngħum ġo baħar
fejn ma jilħaqlix,
il baħar tal-insikurezzi.
Il-muta tiegħek agħar minn dar battala
jew nieqsa min min jgħix fiha.
Jien nibqa’ hawnhekk
nisfida bil-mistoqsijiet
lis-sema li lanqas irid jemmen.
Tweġġa’ t-tbissima sarkastika
li tostor is-sigrieti maħlufa
għad-dawl ta’ qamar kwinta.

Alfred Grech.
20/01/2019

Saturday 19 January 2019


Related image

On the Threshold Of Love.

On the threshold of love I had been
with tears that melted in the sadness of what came after
like the wind that drags away with it
all the regrets, the rancour and the acrimony
in its imprudent maelstrom.
Spiraling from the emptiness of the unknown
Thoughts come like melting wax,
ethereal syllogisms that with the naked scream
lacerate the throat and die within.

On the threshold of love I have been
but not now, nothing  can stop,
in denying the passage of time, dilating the hours,
on the path to  the inevitable.
The same flame never burns twice.

Alfred Grech
19-01-2019.

Friday 18 January 2019




A Birthday.

Sometimes I wish it was all gone
not the day which is another day,
but the build-up to the inevitable hour,
of a clash, a contestation,
looking the devil in his eyes.

It is not the test itself which proves unmanageable
but the days, the hours, the minutes, the seconds
untill the spirit is unleashed
and all the stress of the escalation vanishes
or recedes like a whole year that has already passed
on a birthday
or a life that has ended and vanished
like a dream.

Alfred Grech
18/01/2019



Related image

Hemm Int.

Jien naf li l-aqwa sfida
li nagħraf min hu qrib,
Nittawwal ftit madwari
biex nara x’nista’ nsib.

Hemm int daqs l-ibghat kewkba
li tiddi b’dawl għajnejk,
U dak li jtennu l-anġli
qed jiżfen fuq xofftejk.

Hemm int li tissorprendi,
Hemm int li taf xi trid,
Hemm int ma kull buffura
tar-riħ li qed iżid.

Alfred Grech
18/01/2019


Related image

Saħta Tal-Allat.

Issa li ġejt u rajt kullma kien hemm x’tara
Tirtab il-molla li mbuttatek
Biex terġa’ tħares f’wiċċ l-għadira
U tara jekk ix-xbiegħa mbidlitlx
Jew jekk huwiex il-wiċċ qadim li kellek dari
Inkella maskra ġdida li sebqithu
Li xxidd kull tant u tant sabiex tingħoġob
U tara n-naħħa l-oħra tal-munita.

Issa li ġrejt il-ġirja kollha
U qtajt in-nifs, wasalt fejn kont wasalt
Għal ħafna drabi
Taħsibx lli dan hu ċirku tond
Li jdur f’burdati ta’ kull żmien u kull staġun?

Dan jista’ jkun ukoll dbandil fil-vojt
Tal-pendlu mingħajr ħabel
Jew għandek bżonn mingħand l-allat
In-nar biex toħroġ minn ġo fik
Il-ġenju  mlebbet.

Jekk għadek fejn kont qabel
Ittella l-istess ġebla
Din mhix għajr saħta tal-allat.

Alfred Grech
18/01/2019

Thursday 17 January 2019




Love Dust

You collapsed on me
like an angel shot in flight,
blinded by the dust of an illusion
and the resonace of empty spaces.

You filled up my empty corners
with fragments and leftovers
and on the shores of a cruel sea,
between voices and the wind,
you remain a still image
in the whirlwind of oblivion,
love dust of a distant flight.

Alfred Grech
17-01-2019




U jibqgħu Ġejjin.

U jibqgħu ġejjin għal aktar
Għasafar tal-ħtif, avultini li jirgħu fuq il-ħerba
Li jkun ħalla ħaddieħor qabilhom.
Imqar hawnhekk fl-aħħar roqgħa art ta’ din l-art imkassbra
U mibjugħa lill-barranin  ġew iħammġu,
Ġew iħallu l-marka tagħhom tal-ajkla qattiela.
Ma baqa’ xejn xi jsir,
Għalxejn il-bogħod l-allat iriegħdu mingaħjr fejjda
Sajjetti fil-bnazzi.
Ma nafx kif aħna ser nieqfulhom,
Bil-kliem, bil-ħsieb, u bir-raġuni.
Ma baqa’ xejn xi jsir għax l-aħħar Te Deum indaqq
U aħna tlifna s-sens tassew ta’ min aħna
Jew minn stajna konna quddiem dan il-kolossu
Li jirbaħ dejjem.
Iżda’għad jiġu l-anġli tal-Mulej
Bix-xabla f’idhom
Jifirdu l-qamħ mill-karfa
Biex fl-aħħar ħaqq inkunu nafu
Min hu magħana
U min hu tassew kontra tagħna.


Alfred Grech
17/01/2019