Sunday 1 December 2019



Image result for Demonstrations in Valletta

Arawhom Ġejjin

Arawhom ġejjin
Qeghdin jikxfukom
min huma l-ħatjin?

Ma smajtuhwiex
l-għajjta tal-kotra
Jaqaw ma tiswiex?

Ikkundannawkom
Mintomx taraw
Minn wara daharkom.

Tħares fejn tħares
kollox mitmum
togħmuha qares.

Kemm intom torox
Għax ma ħrabtux
Kemm intom ħorox?

Mimlija ħtija
Dan huwa ċar
M’hemmx x’tgħid mill-bqija.

Qerq trasparenti
jaħbat m’għajnejk
jidher taħt lenti,

Li mhux magħruf
jekk tħares sewwa
se jkun mikxuf.

Alfred Grech
01/12.2019


No comments:

Post a Comment