Sunday 8 December 2019


Image result for lady Macbeth

Tebgħa.

Lady Macbeth: Out, damned spot! Out, I say!—One, two. Why, then, ’tis time to do ’t. Hell is murky!—Fie, my lord, fie! A soldier, and afeard? What need we fear who knows it, when none can call our power to account? . . . (Macbeth Att 5, xena 1)

Lanqas l-ilma kollu tal-oċean ma jkun biżżejjed
biex tnaddaf dik it-tebgħa
u għalxejn idejk taħsilhom
u tgħaddi n-nies biż-żmien
bit-teatrini u d-daħliet trijonfali
għax is-sokor biss għall-boloħ
u l-aljenazzjoni għall-ippassjonat
u għal min ma jridx jemmen dak li jara.
L-ebda gabirjola mhu sa tħassar
id-dnub li ma jorqodx.

Int tista’ tibqa’ tżfen
iż-żfin tal-ħallelin
iżda kun af li qed fix-xifer,
pass ieħor u daqshekk,
u karti x’tilgħab ma fadalx.

F’kull żmien jitwieldu l-boloħ
fil-jasar tal-allat
u l-gwejjda qatt ma ntebħu
b’dak kollu li serqulhom.

Alfred Grech
Festa tal-Kunċizzjoni
08/12/.2019

No comments:

Post a Comment